Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Festi Interni 2018

f`gieh il-Beata Vergni Marija Immakulata Kuncizzjoni ta` Lourdes

Qrendi

“Aghmlu kull ma jghidilkom Hu”

Ġunju 2018

Armar tal-paramenti sagri bi preparazzjoni għall-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes mill-membri tal-Grupp Mexxej tal-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi.

Is-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018

Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa

7.30pm Isir il-ħruġ tal-vara tal-Madonna ta’ Lourdes min-niċċa sabiex titpoġġa fuq il-bradella mill-membri tal-Venerabbli Konfraternità Lourdes.

It-Tnejn 25 ta’ Ġunju 2018

Jum it-Tfal u l-Familji

6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-Kurunella.

6.30pm Quddiesa għall-familji u tfal animata mill-Katekisti u Missio Malta. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal tal-Komunità tal-Qrendi flimkien mal-familji kollha. It-tfal kollha flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mħeġġa jipparteċipaw f’din iċ-ċelebrazzjoni. Il-Quddiesa ser tkun immexxija mir- Rev. Dun Anton D'Amato. Wara l-quddiesa jsir mument ta’ talb u wara tingħata l-barka sagramentali.

It-Tlieta 26 ta’ Ġunju 2018

Jum iż-Żgħażagħ u l-Għaqdiet Reliġjużi, Soċjali u Kulturali

6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-Kurunella.

6.30pm Quddiesa għaż-Żgħażagħ u membri tal-Għaqdiet Reliġjużi, Soċjali u Kulturali tal-Qrendi. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali ż-Żgħażagħ kif ukoll il-Kunsill Lokali, l-Għaqdiet u l-Gruppi kollha li joperaw fil-Komunità Qrendija. Il-Quddiesa ser tkun immexxija mill-Kan. Dun David Torpiano. Wara l-quddiesa ssir Adorazzjoni Ewkaristika u tingħata Barka Sagramentali.

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2018

Jum il-Morda, l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Differenti

6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-Kurunella.

6.30pm Quddiesa għall-Morda, l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Differenti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huwa mistieden kulħadd flimkien mal-għaqdiet li jieħdu ħsieb il-Morda, il-Persuni bi Bżonnijiet Differenti u l-Anzjani. Il-Quddiesa ser tkun immexxija mir-Rev. Mons. Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad-Djakonija. Waqt il-quddiesa ser ikun amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Wara jsir mument ta’ talb u tingħata l-Barka Sagramentali.

Kif tispiċċa l-quddiesa jsir it-tqarbin tal-morda u l-anzjani kollha tal-parroċċa mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

Nirringrazzjaw bil-quddiem l-Azzjoni Kattolika - Ħidma Morda; Caritas Malta; ir-Residenza San Vinċenz; ir-Residenza Monte Carmeli; id-Dar tal-Providenza; u entitajiet oħra li sena wara sena joffru s-servizz tagħhom sabiex il-morda u l-anzjani jkunu jistgħu jipparteċpaw f’din il-liturġija.

Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2018

L-Ewwel Jum tat-Tridu

7.45am Quddiesa kantata.

6.00pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella

6.30pm Quddiesa Kantata bil-priedka tat-Tridu mill-Wisq Rev. Mons Dun Ġużepp Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex.

Wara l-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2018

It-Tieni Jum tat-Tridu

7.45am Quddiesa kantata. Kif jibda t-Tqarbin, il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin se jwasslu l-Ewkaristija lill-morda kollha tal-parroċċa.

6.00pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella

6.30pm Quddiesa Kantata bil-priedka tat-Tridu mill-Wisq Rev. Mons Dun Ġużepp Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex.

Wara il-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 1 ta’ Lulju 2018

Jum il-Festa

6.00am Quddiesa Kantata bl-omelija fuq il-Madonna

7.00am Quddiesa Kantata bl-omelija fuq il-Madonna

8.00am Korteo li jitlaq minn fejn is-sede tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi fejn membri tal-Konfraternità Lourdes jakkumpanjaw lis-Sindku, il-Viċi Sindku u l-Kunsilliera flimkien mad-Diriġenti tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes għall-Quddiesa Pontifikali Kantata Solenni. Il-Korteo jkun immexxi minn bandisti membri tal-Konfraternità Lourdes.

8.30am Quddiesa Pontifikali Solenni kkonċelebrata mill-E.T. Mons Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu ta’ Malta. Wara l-qari tal-Evanġelu, il-Wisq Rev. Kan Dun Antoine Borg jinseġ il-Paniġierku dwar il-kobor tal-Beata Verġni Marija Immakulata Kuncizzjoni ta` Lourdes. Kif tispiċċa l-quddiesa titkanta l-Antifona tal-Kanonku Luigi Fenech, segwita mill-kant tal-Innu Popolari.

11.00am Quddiesa Kantata bl-omelija fuq il-Madonna

6.00pm Għasar solenni

7.00pm Ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa artistika tal-Madonna ta` Lourdes immexxija mill-W.R. Kan. Joe Galea u l-kleru tal-parroċċa u akkumpanjati mill-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi, diversi Fratellanzi Maltin, Taljani u Spanjoli. Lejn tmiem il-purċissjoni ssir Aux Flambeaux b’talb u kant reliġjuż. Inħeġġu lid-devoti kollha tal-Madonna sabiex jingħaqdu lkoll fuq iz-zuntier tal-Knisja sabiex insellmu lil Ommna Marija u nroddulha ħajr għall-grazzji kbar li tatna matul din is-sena, filwaqt li nipparteċipaw fil-mixja devota madwar it-toroq tal-Qrendi fejn isir talb għall-fejqan tal-morda.

10.00pm Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Kurunella, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

It-Tnejn 16 ta’ Lulju 2018

Tifkira tal-Aħħar Dehra tal-Madonna f` Lourdes u Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr

6.00pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella

6.30pm Quddiesa Kantata tat-tifkira tal-aħħar dehra tal-Madonna f` Lourdes u ta` radd il-Ħajr lil Alla tal-Festi li għaddew. Jippriedka l-Kappillan Dun Glen Buhagiar. Wara il-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Korijiet li ser jieħdu sehem matul dawn il-jiem:

  1. Fil-quddiesa tat-tfal minn Jubilate Choir
  2. Fil-quddiesa taż-żgħażagħ mill-Band Footprints
  3. Fil-Quddiesa tal-Morda u t-Tifkira tal-Aħħar Dehra mil-Kor Magnificat tal-Parroċċa tal-Qrendi
  4. Filwaqt li fi Tridijiet, Lejliet u Nhar il-Festa mill-Cappella Musicale Caeciliana taħt id-direzzjoni ta` Mro. Rev. Abraham D’Amato Maestro di Cappella

Il-Konfraternità Lourdes tħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet kollha li jsiru fil-Knisja organizzati mill-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi flimkien mal-Kappillan u l-Parroċċa tal-Qrendi. Tkun ħaġa xierqa li kulħadd jersaq għas-Sagramenti tal-Qrar u tat-Tqarbin f’dawn il-jiem ta’ Festa.

Navżaw li is-Sibt, lejliet il-Festa, ikun hawn konfessur barrani għall-Qrar.

Ġunju 2018

Armar tal-paramenti sagri bi preparazzjoni għall-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes mill-membri tal-Grupp Mexxej tal-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi.

Is-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018

Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa

Il-ħruġ tal-vara tal-Madonna ta’ Lourdes min-niċċa sabiex titpoġġa fuq il-bradella mill-membri tal-Venerabbli Konfraternità Lourdes Qrendi.

It-Tnejn 25 ta' Gunju 2018

Jum it-tfal u l-familji

Quddiesa għall-familji u t-tfal animata mill-Katekisti u Missio Malta.

IL-Konfraternita Lourdes tixtieq tirringrazzja lil Kappillan Fr. Glen Buhagiar, Fr. Anton D'Amato, Direttur Missio, Missio Malta specjalment lil Nancy Camilleri, lil Katekisti u lit-tfal kollha li hadu sehem

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2018

Jum il-Morda, l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Differenti

Quddiesa għall-Morda, l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Differenti.

Il-Quddiesa kienet immexxija mir-Rev. Mons. Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad-Djakonija.

Waqt il-quddiesa kien amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda.

Wara sar mument ta’ talb u inghatat l-Barka Sagramentali. 

Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2018

L-Ewwel Jum tat-Tridu

Rużarju flimkien mat-talba tal-Kurunella

Quddiesa Kantata bil-priedka tat-Tridu mill-Wisq Rev. Mons Dun Ġużepp Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex.

Wara l-quddiesa sar il-kant tas-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara inghatat l-Barka Sagramentali.

l-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2018

It-Tieni Jum tat-Tridu

Rużarju flimkien mat-talba tal-Kurunella

Quddiesa Kantata bil-priedka tat-Tridu mill-Wisq Rev. Mons Dun Ġużepp Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex.

Wara l-quddiesa sar il-kant tas-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara inghatat l-Barka Sagramentali.