1. Introduzzjoni
B’ringrazzjament lejn Ommna Marija Santissima ta’ Lourdes, ghaddiet sena ohra ta’ hidma. Sena li fiha, fost l-ohrajn, iccelebrajna il-135 Sena mit-twaqqif tal-Konfraternita tal-Beata Vergni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi. Konfraternita’ li twaqqfet b’imhabba u dedikazzjoni kbira minn Dun Pietru Pawl Xuereb nhar il-21 ta’ Jannar 1878.
Nirringrazzjaw lil Mulej ghal sena ohra li fiha gew organizzati diversi attivitajiet, sew fuq livell lokali kif ukoll fuq livell internazzjonali. Dan huwa r-rapport amministrattiv fejn il-Grupp Mexxej tal-Konfraternita’ jaghti rendikont lill-membri ta’ dak kollu li jkun twettaq u fejn il-membri jkollhom id-dritt li jesprimu l-fehmiet, kif ukoll iwasslu s-suggerimenti taghhom.
Is-sena 2013 kienet wahda fejn il-Konfraternita’ garrbet it-telfa ta’ Pinu Asciak. Pinu mexxa l-Konfraternita’ bhala Rettur u Prokuratur ghal aktar minn 50 sena. Kien bniedem ta’ ezempju kbir f’kull cirkustanza, u li, b’determinazzjoni kbira baqa’ fit-tmun tat-tmexxija anke fl-ahhar snin ta’ hajtu. Min hawn nirrangrazzjaw lil Pinu talli zamm hajja l-Konfraternita’ filwaqt li gharaf ir-responsabiltajiet tieghu bhala mexxej ghaqli.
Il-Grupp mexxej jifrah , kif ukoll jirringrazzja lis-Sur Kenneth Farrugia talli accetta t-talba tal-membri sabiex ikun hu, wara Pinu Asciak li jmexxi l-Konfraternita’ bhala Rettur. Is-Sur Kenneth Farrugia gie approvat u mahtur bhala Rettur nhar il-Hadd 2 ta’ Gunju 2013, festa ta’ Corpus Christi, waqt il-laqgha annwali ta’ qabel il-festa.