Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

San Filippu Neri

Is-26 ta’ Mejju huwa jum li jfakkarna f’San Filippu Neri, qaddis meqjum fost il-Maltin ta’ l-imghoddi l-aktar fil-Birgu, l-Isla u l-Belt. Fl-Isla kien hemm knisja ta’ San Filippu ghalkhemm b’dedikazzjoni ghall-Madonna. Dik tal-Birgu kienet tal-Madonna ta’ l-Angli, waq li ta’ l-Isla kienet tal-Portu Salvu. Filwaqt illi dik ta’ l-Isla issa hija f’idejn il-patrijiet Gizwiti, bil-kunvent b’kollox, dik tal_birgu llum tintuza bhala mahzen bl-armar tal-festa, waqt li l-kunvent anness maghha safa meqrud bi triq li kienet ghaddiet minn go fih. Fil-Belt Valletta, dan il-qaddis kien imfakkar ukoll fil-knisja tal-Vitorja b’festi li ta’ kull sena kienu jigbdu hafna devoti. B’xorti tajba, f’Malta, kellna lil Dun Gorg Preca li f’hajtu u fil-hidma tieghu kien jixbah perfettament lil dan il-qaddis.

San Filippu Neri, ta’ tfajjel ckejken kien jilghab bil-knisja. Meta kiber, kien jigbor liz-zaghzagh f’kamartu sabiex jitkellmu fuq Alla. Huwa ghex meta l-Knisja kienet ghaddejja minn zminijiet li xejn ma kienu sbieh. Kien ihobb izur is-Santwarju tat-Trinita` tal-Benedittini. Meta kellu 18-il sena, minn Firenze mar Ruma, fejn kien twieled. F’Ruma, flimkien ma shabu, kien ihobb izur il-katakombi tal-martri u kien huwa li beda` l-pellegrinaggi taz-zjarat lis-seba` bazilici ewlenin ta’ Ruma ( Santa Maria Maggiore, San Pietru, San Pawl, San Lawrenz, San Bastjan, Santa Croce u San Giovanni Laterano)

Fil-bidu kien izur il-hwienet u jitkellem fuq Alla, u fil-kamra tieghu kien ilaqqa` grupp ta’ hbieb ghall-istess ghan. Kien il-konfessur tieghu li hajjru ghal sacerdot, izda baqa` dejjem fl-istess hidma. M’ghandniex xi nghidu, meta kien sacerdot ukoll sab min ifixxklu ghal xi zmien fil-hidma tieghu.

Filippu kien gabar mieghu sacerdoti li jghixu flimkien fl-Oratorju, izda billi kien persuna umli qatt ma ried li jkun fundatur. Kien ukoll ihobb izewwaq it-taghlim tieghu b’xi cajta. Bil-qdusija tieghu kien konfessur anke tal-Papa, ta’ kardinali u tant ohrajn. Billi n-numru ta’ dixxipli mieghu kien zdied sewwa, il-Papa offrielu post akbar f’Santa Maria in Vallicella. Kien haseb ukoll biex imur fl-Indja, izda gharaf permezz ta’ vizjoni li s-sejha tieghu kienet ghal Ruma stess. Gewwa l-belt ta’ Firenze riduh appostolat f’San Giovanni, izda minflok huwa baghat hames dixxipli tieghu.

Mod helu ta’ kif kien jghallem nehduh meta darba wahda, waqt il-qrar, student gie mistoqsi x’ser isir meta jikber u wiegbu “Avukat” “Imbaghad?” staqsih Filippu. L-istudent wiegbu “Wara jkolli dar u nizzewweg”. Filippu mill-gdid staqsieh: “Imaghad?” L-istudent rega` wiegeb: “Nikber u mmut”. Ghal darb’ohra Filippu staqsieh: “X’jigri wara ?” U hawn, San Filippu semmilu l-hajja ta’ dejjem bil-premju jew il-kastig.

Il-qaddis Filippu kien ukoll habib ta’ San Frangisk Saverju u ta’ San Kamillu. Bosta huma l-mirakli li wettaq f’hajtu, izda jibqa` jissemma dak ta’ iben Fabrizio dei Massimi li sehh fis-16 ta’ Mejju 1583. Filippu kien qieghed iqaddes meta sema li dan kien miet. Ghalhekk kif spicca mill-quddies, mar jinvistah izda kien kadavru. Filippu talab bil-herqa u dan Paolo stejqer u ha l-hajja. Quddiem ommu w missieru qaghad jitkellm ma’ Filippu. Fl-ahhar, wara xi nofs siegha Filippu staqsa lil Paolo riedx jibqa` haj jew imur lura fil-hajja ta’ dejjem. Hu pprefera li jerga` jmur fil-hajja ta’ dejjem fejn kien diga`

San Filippu waqqaf il-kongregazzjoni ta’ l-Oratorjani, gruppi ta’ qassisin li jghixu fit-talb flimkien, li fortunatament anke f’Malta kellna qassisin fil-kongregazzjoni fil-Birgu u fl-Isla. Fil-Birgu, kwadru mill-isbah li juri lil San Filippu ma’ San Gwann il-Battista kien fil-knisja tieghu, opra ta` Andrea Sacchi, pittur Ruman, izda mill-gwerra l’hawn, hadd ma jaf x’sar minnu minkejja li l-knisja ma kienetx iggarrfet. Wara l-gwerra saret replica mil-Kav. R. Bonnici Cali. Kien hemm ukoll statwa u relikwarju tar-ras tieghu f’urna, kopja ta’ dik li tinsab f’Ruma.

Id-devozzjoni lejn San Filippu Neri dahlet fir-rahal tal-Qrendi, meta l-kappillan Dun Pietru Pawl Xuereb waqqaf id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Lourdes u wara` ghamel fratellanza li twaqqfet fil-21 ta’ Jannar 1878, dan il-kappillan gieh hsieb li l-fratellanza jkollha protettur. Billi hu kien mill-Isla, hemm diga` kien hemm devozzjoni lejn San Filippu Neri. Ghalhekk ghamel protettur ta’ din il-fratellanza, lil dan il-qaddis li kienihobb il-Madonna. Dak iz-zmien li twaqqfet il-fratellanza, kien gie persuna mill-Qrendi emigrata lejn Franza li kienet tghix f’Marsilja.

Din il-persuna kienet Filippu Psaila mlaqqam Ta’ Bieza. Dan il-kappillan talbu biex jaghmillu statwa ta’ San Filippu Neri billi ppropona li jaghmlu protettur ta’ din il-Fratellanza. Dan Filippu Psaila accetta li jaghmel l-istatwa bil-bradella b’kollox. Din l-istatwa nhaddmet mill-istess statwarju Karlu Darmanin, li kien il-persuna li hadem l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes. L-istatwa tlestiet fis-sena 1878. Dwar San Filippu Neri u l-qrendi nghidu wkoll, li, Guzeppi Calleja, il-pittur li pitter is-saqaf tal-knisja, meta lesta ix-xoghol tal-pittura, irregala lill-kappillan Xuereb pittura f’inkwadru zghir ta’ San Filippu Neri.

Il-kappillan Xuereb ta` dan l-inkwadru lill-Fratellanza ta’ Lourdes. Dan l-inkwadru jinsab fis-sagristija tal-knisja parrokkjali. Fil-bidu li twaqqfet din il-Fratellanza ta’ Lourdes, l-istatwa ta’ San Filippu Neri kienet tohrog processjonalment ma’ l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes. B’hekk dahlet id-devozzjoni lejn San Filippu Neri u ssib persuni li jgibu l-isem a’ dan l-istess qaddis.

Illum, l-iststwa ta` dan il-qaddis, tinsab meqjuma, fis-sagristija tal-knisja parrokjali tal-Qrendi. Kemm huwa xieraq li f’jum il-festa tieghu, fis-26 ta’ Mejju jibqa` venerat almenu f’dawn l-ibliet u l-irhula msemmijja.

Din l-informazzjoni hija mehuda min artiklu miktub minn Lorenzo Zahra li deher fil-ktieb li s-Socjeta' Muzikali Lourdes Qrendi ppublikat fil-Festa 2004.