Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Statut tal-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes, Qrendi

Il-Fratellanza ta’ l-Immakulata Beata’ Vergni taht it-Titlu ta’ Lourdes:

Fil-Parrocca Santa Marija tal-Qrendi hija mwaqqfa l-Fratellanza ta’ l-Immakulata Beata’ Vergni taht it-Titlu ta’ Lourdes bhala assocjazzjoni ta’ dritt pubbliku tal-fidili membri adulti animati mill-Ispirtu biex ifahhru u jaqdu lill-Mulej permezz ta’ Gesu’.

Rikonoxximent ta’ l-Istatut Baziku ghall-Fratellanzi:

Il-Fratellanza ta’ l-Immakulata Beata’ Vergni taht it-Titlu ta’ Lourdes tirrikonoxxi l-Istatut Baziku ghall-Fratellanzi bhala l-Istatut taghha.

REGOLAMENTI PARTIKOLARI TAL-FRATELLANZA TA’ L-IMMAKULATA BEATA’ VERGNI TAHT IT-TITLU TA’ LOURDES – PARROCCA QRENDI

1. Is-Sede tal-Fratellanza:

Is-sede tal-Fratellanza hi l-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi.

2. Il-Fratelli:

Insara rgiel u nisa jistghu jissiehbu bhala Fratelli w Konsorelli. Filwaqt li l-Fratelli rgiel ghandhom id-dritt li jilbsu l-Konfratija w il-Mozzetta, l-Konsorelli nisa ghandhom id-dritt li jilbsu l-Medaljun. Kemm il-Fratelli w il-Konsorelli, ghandhom id-dritt ghal vot fil-Konsulta Generali, izda l-Konsorelli ma jistghux jigu nominati bhala membri ufficcjali.

3. Il-Fratelli/Konsorelli Assocjati:

Fratelli/Koonsorelli membri fi Fratellanzi ohra jistghu jissiehbu biss bhala Fratelli/Konsorelli Assocjati.

4. Il-Membri Assocjati:

Insara rgiel u nisa jistghu jissiehbu bhala Membri Assocjati.

5. It-Tmexxija tal-Fratellanza:

It-tmexxija tal-Fratellanza ghandha tkun maghmula minn Kumitat ta’ hames Fratelli flimkien ma’ Direttur Spiritwali. Fost dawn il-Fratelli ghandu jkun hemm dawn il-hatriet:

  • Direttur Spiritwali
  • Rettur
  • Segretarju
  • Kaxxier (Prokuratur)
  • Zewgt Membri Konsulturi

6. L-Elezzjoni tal-Ufficjali tal-Fratellanza:

L-elezzjoni tal-Ufficjali tal-Fratellanza ghandha ssir kull tlett snin.

7. Il-Libsa tal-Fratelli/Konsorelli:

Il-Libsa tal-Fratelli ghandha tkun Konfratija Bajda, Mozzetta ta’ lewn ikhal, Medaljun bix-xbieha tal-Beata’ Vergni ta’ Lourdes, kurdun abjad u Kuruna tar-Ruzarju b’domna tax-xbieha tad-dehriet tal-Madonna gewwa Lourdes. Il-Konsorelli ghandhom jilbsu d-distintiv li hu l-Medaljun bix-xbieha tal-Beata’ Vergni ta’ Lourdes.

8. Il-Kontribuzzjoni ta’ Shubija tal-Fratelli:

Il-Kontribuzzjoni ta’ Shubija hi ta’ Lm2 fis-sena ghal Fratelli, Konsorelli w Membri Assocjati.

9. Ir-Rapprezentanza tal-Fratellanza fil-Kummissjoni Parrokkjali Fratellanzi (KPFR):

Ir-Rettur ghandu jirrapprezenta il-Fratellanza fil-Kummissjoni Parrokkjali Fratellanzi (KPFR) meta din tigi mwaqqfa. F’kaz li r-Rettur tal-Fratellanza jkun indispost ghandu jattendi il-Prokuratur tal-Fratellanza minfloku.

10. Ir-Rapprezentanza tal-Fratellanza fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP):

Ir-rapprezentanza tal-Fratellanza fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP) ghandha tkun deciza aktar il-quddiem meta tigi mwaqqfa l-Kummissjoni Parrokkjali Fratellanzi (KPFR).

11. Festi li jigu ccelebrati mill-Fratellanza:

Il-Fratellanza ticcelebra l-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes gewwa r-rahal tal-Qrendi. Il-Fratellanza tiehu hsieb torganizza d-dehriet ad unur il-Madonna ta’ Lourdes kif ukoll il-festa annwali li tigi ccelebrata ad unur il-Madonna ta’ Lourdes gewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi.

12. Emendi ghar-Regolamenti Partikolari tal-Fratellanza:

Emendi proposti ghal dawn ir-regolamenti ghandhom jigu l-ewwel diskussi u wara jittiehed vot dwarhom fl-Assemblea Generali tal-Fratellanza li tissejjah apposta ghall-Fratelli/Konsorelli membri taghha.

Dawn ir-Regolamenti Partikolari jidhlu fis-sehh meta jigu approvati mill-Arcisqof. Kull tibdil fir-regolamenti jrid ukoll jigi sottopost ghall-approvazzjon ta’ l-Arcisqof, u jibda jghodd biss wara li jkollu din l-approvazzjoni.

Is-Sejha, l-Hidma w ic-Celebrazzjonijiet tal-Fratellanza tal-Beata Vergni taht it-Titlu ta’ Lourdes:

L-iskop ewlieni tal-Fratellanza hu li l-membri jimxu fuq il-passi ta’ Marija u ta’ Binha Kristu Gesu’. Il-membri tal-Fratellanza ghandhom ghalhekk jitolbu w jirringrazzjaw lil Madonna matul il-jiem kollha tal-hajja taghhom billi:

  • Il-membri tal-Fratellanza ghandhom ikunu ta’ kondotta w ezempju tajjeb matul hajjithom kollha. Kull membru tal-Fratellanza ghandu josserva l-precetti w it-taghlim tal-knisja. Il-membri kollha ghandhom ikunu xhieda u predikaturi tal-messagg ta’ Lourdes kull fejn ikunu.
  • Il-membri tal-Fratellanza ghandhom jghozzu b’imhabba l-Immakulata Kuncissjoni, kif ukoll ghandhom jimxu fuq l-ezempju ta’ San Filippu Neri bhala Protettur tal-Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes.
  • Il-membri tal-Fratellanza ghandhom jimxu taht id-direzzjoni w it-tmexxija ta’ l-Arcisqof ta’ Malta flimkien mal-Kappillan w il-Kleru tal-Parrocca. Il-membri tal-Fratellanza ghandhom jghinu b’kull mod possibli lil Kappillan tal-Parrocca matul il-hidma tieghu gewwa l-Parrocca. Il-membri tal-Fratellanza ghandhom ghalhekk jiehdu sehem b’mod attiv f’kull attivita’ li tigi organizza fil-Parrocca.
  • Il-membri tal-Fratellanza ghandhom ixerrdu d-devozzjoni lejn it-talba tar-ruzarju. Il-membri tal-Fratellanza ghalhekk huma mhegga sabiex jitolbu t-talba tar-ruzarju kulljum flimkien mal-familja taghhom.
  • Il-membri tal-Fratellanza ghandhom jaghmlu xi forma ta’ penitenza/sagrificcju sabiex ihaddnu sens ta’ cahda matul il-hajja spiritwali taghhom.
  • Il-Fratellanza ghandha id-dover li twassal l-messagg ta’ Lourdes b’mod kontinwu matul is-sena liturgika kollha. Il-Fratellanza ghalhekk ghandha d-dmir li torganizza laqghat ta’ taghlim, attivitajiet ghal morda w persuni b’dizabilita, mumenti ta’ talb w attivitajiet ohra sabiex tilhaq dan il-ghan.
  • Il-membri tal-Fratellanza kollha ghandhom ir-responsabilita li jimxu ma’ l-ghanijiet hawn fuq imsemmija, filwaqt li jkomplu jimxu w jghozzu b’imhabba kbira r-regolamenti mnizzla fil-ktieb tar-regolamenti w dokumenti tal-Fratellanza ta’ l-Immakulata Vergni Beata’ taht it-titlu ta’ Lourdes datat 21 ta’ Jannar, 1878 miktub b’ imhabba w reqqa mill-fundatur tal-Fratellanza Dun Pietru Pawl Xuereb.